Sena wara s-CoFE: fejn ninsabu bil-proposti taċ-ċittadini?Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa (CoFE) ikkonkludiet il-ħidma tagħha f’Mejju 2022 bil-preżentazzjoni ta’ 49 proposta lill-istituzzjonijiet Ewropej. Il-Kummissjoni Ewropea fasslet l-ewwel linji ta’ azzjoni dwar proposti li jaqgħu fil-kompetenzi tagħha sena ilu biss fil-komunikazzjoni tagħha “Naqilbu l-Viżjoni f’Azzjoni Konkreta”: Erbgħa minn ħames inizjattivi ġodda mħabbrin fil-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2023 huma parti mis-segwitu tal-Kummissjoni għall-Konferenza.Sal-lum, il-Kummissjoni aġixxiet fuq kważi 95% ta’ dawk il-miżuri tal-Konferenza li huma fil-kompetenza tal-Kummissjoni u f’konformità mat-Trattati.Wirt ewlieni ieħor tal-Konferenza hu l-inkorporazzjoni tad-demokrazija deliberattiva fit-tfassil tal-politika tal-UE. Diġà saru tliet Panels taċ-Ċittadini ta’ ġenerazzjoni ġdida, li għamlu rakkomandazzjonijiet qabel ċerti inizjattivi tal-KE dwar il-Ħela tal-Ikel, id-Dinja Virtwali u l-Mobbiltà tat-Tagħlim Barra mill-Pajjiż.Skopri aktar eżempji ta’ proposti u azzjonijiet, li diġà tressqu Kontenut tal-PaġnaKontenut tal-Paġna Kif beda kolloxIl-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa kienet sensiela ta' dibattiti u diskussjonijiet immexxija miċ-ċittadini li damu għaddejjin minn April 2021 sa Mejju 2022 u li ppermettew lin-nies mill-Ewropa kollha jaqsmu l-ideat tagħhom u jgħinu fit-tiswir tal-futur komuni tagħna.Il-Konferenza kienet l-ewwel waħda tax-xorta tagħha: bħala eżerċizzju demokratiku pan-Ewropew ewlieni, b’dibattiti mmexxijin miċ-ċittadini li jippermettu lin-nies mill-Ewropa kollha jaqsmu l-ideat tagħhom u jgħinu fit-tiswir tal-futur komuni tagħna. Dan sar permezz ta' Pjattaforma Diġitali Multilingwi innovattiva fejn kwalunkwe Ewropew seta' jaqsam l-ideat, kemm permezz tal-panels nazzjonali kif ukoll permezz tal-Panels taċ-Ċittadini Ewropej.B’aktar minn 5 miljun viżitatur uniku fil-pjattaforma u b’aktar minn 700,000 parteċipant fl-avveniment, il-Konferenza rnexxielha toħloq forum pubbliku għal dibattitu miftuħ, inklużiv u trasparenti maċ-ċittadini dwar numri ta’ prijoritajiet u sfidi ewlenin.Aqra aktar dwar il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa (arkivjata) Rapporti u proposti finali Wara vjaġġ eċċezzjonali ta’ sena ta’ diskussjonijiet, deliberazzjonijiet u kollaborazzjoni minn ċittadini mill-Ewropa kollha, dwar it-tip ta’ Ewropa li jixtiequ jgħixu fiha, il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa ntemmet uffiċjalment fid-9 ta’ Mejju 2022 – Jum l-Ewropa – fi Strasburgu. F’dan il-jum, il-Kopresidenti tal-Bord Eżekuttiv tal-Konferenza ppreżentaw rapport finali li fih id-49 proposta lill-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. Dawn il-proposti koprew disa’ suġġetti: it-tibdil fil-klima u l-ambjent; is-saħħa; ekonomija aktar b’saħħitha, il-ġustizzja soċjali u l-impjiegi; l-UE fid-dinja; il-valuri u d-drittijiet, l-istat tad-dritt, is-sigurtà; it-trasformazzjoni diġitali; id-demokrazija Ewropea; il-migrazzjoni; l-edukazzjoni, il-kultura, iż-żgħażagħ u l-isport. Dawn inkludew objettivi ġenerali u aktar minn 300 miżura konkreta, u t-tliet istituzzjonijiet issa qed jeżaminaw kif għandhom ikomplu jaħdmu fuqhom b’mod effettiv, kull waħda fl-isferi ta’ kompetenzi tagħha stess u f’konformità mat-Trattati. Is-segwitu tal-Kummissjoni dwar l-eżitu tal-Konferenza Fis-17 ta’ Ġunju, il-Kummissjoni ppubblikat Komunikazzjoni li toffri valutazzjoni dettaljata ta’ dak li hu meħtieġ biex jingħata segwitu għall-proposti tal-Konferenza. Din tagħti ħarsa ġenerali lejn il-passi li jmiss, tistabbilixxi kif l-aħjar nitgħallmu mill-Konferenza u tinkorpora d-demokrazija parteċipattiva fil-politika u t-tfassil tal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea. Pereżempju, filwaqt li tibni fuq is-suċċess tal-Panels taċ-Ċittadini Ewropej, il-Kummissjoni se tippermetti lil dawn il-panels jiddeliberaw u jagħmlu rakkomandazzjonijiet qabel ċerti proposti ewlenin, bħala parti mit-tfassil usa’ tal-politika tagħha u f’konformità mal-prinċipji ta’ Regolamentazzjoni Aħjar. Il-Kummissjoni qed torganizza l-ewwel ġenerazzjoni ġdida ta’ panel taċ-ċittadini dwar kif tista’ tiżdied l-azzjoni biex titnaqqas il-ħela tal-ikel fl-UE.Panels taċ-ċittadini EwropejIl-President von der Leyen ħabbret l-ewwel sett ta’ proposti ġodda fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni f’Settembru 2022, kif ukoll fl-Ittra ta’ Intenzjoni li takkumpanjah. Dawn il-proposti ġew inklużi wkoll fil-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2023. F’Diċembru tal-2022 ġie organizzat avveniment ta’ feedback, biex iċ-ċittadini li ħadu sehem fil-Konferenza jinżammu infurmati u biex jinżamm il-momentum. Dan l-avveniment kien opportunità biex jiġi spjegat liċ-ċittadini kif it-tliet istituzzjonijiet tal-UE qed isegwu l-proposti mill-Konferenza. Dwar il-konferenza Għidtulna li tixtiequ tibnu futur aħjar billi jiġu ssodisfati l-wegħdiet l-aktar dejjiema tal-passat. Wegħdiet ta’ paċi u prosperità, ġustizzja u progress; ta’ Ewropa li hi soċjali u sostenibbli, li tieħu ħsieb u li hi qalbiena. Għidtulna fejn tixtiequ li tmur din l-Ewropa. U issa hija r-responsabbiltà tagħna li nieħdu l-aktar triq dritta, billi nużaw il-limiti sħaħ ta’ dak li nistgħu nagħmlu fi ħdan it-Trattati, jew billi nbiddlu t-Trattati jekk ikun hemm bżonn.Ursula von der Leyen, il-President tal-Kummissjoni EwropeaKienet parti mill-wegħda tal-President von der Leyen li tagħti lill-Ewropej vuċi akbar dwar x’tagħmel l-UE u kif taħdem għalihom. L-Ewropej kollha - huma min huma u jinsabu fejn jinsabu - setgħu jieħdu sehem.Il-Konferenza kellha l-għan li tirrifletti d-diversità tagħna, u li twassal lill-Ewropa lil hinn mill-bliet kapitali tagħha, biex b'hekk tilħaq kull rokna tal-UE u ssaħħaħ ir-rabta bejn l-Ewropej u l-istituzzjonijiet li jaqduhom. Għamlet dan permezz ta’ għadd kbir ta’ avvenimenti u dibattiti organizzati fl-UE kollha, kif ukoll permezz ta’ pjattaforma diġitali multilingwi. U rnexxielha: sa Mejju 2022 il-pjattaforma kienet irċeviet kważi 5 miljun viżitatur uniku u aktar minn 50,000 parteċipant attiv kienu ħadu sehem fi 18,000 dibattitu u f’aktar minn 6,500 avveniment irreġistrat. Iż-żgħażagħ b’mod partikolari kienu mħeġġa jieħdu sehem u jixxerjaw l-ideat tagħhom. L-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali kif ukoll is-soċjetà ċivili u organizzazzjonijiet oħrajn setgħu wkoll jorganizzaw avvenimenti biex jinvolvu kemm jista’ jkun nies. Videos Il-Konferenza fil-qosor Esperjenza tal-membri tal-panels Ewropej L-aktar reċenti 21 Ġunju 2024Strengthening European democracy and upholding the rule of lawEuropean Commission Factsheet Brussels, 26 Nov 2024 Strengthening European democracy and upholding the rule of law European democracy and upholding the rule of law16 Diċembru 2022Conference on the Future of Europe follow-up: Commission hosts first European Citizens' Panel on food waste reductionEuropean Commission Press release Brussels, 16 Dec 2022 Today, the Commission is hosting the first European citizens' panel in Brussels allowing citizens to provide their input on how to step up action to reduce food waste in the EU.1 Diċembru 2022Conference on the Future of Europe: feedback event to take place in BrusselsEuropean Commission Press release Brussels, 01 Dec 2022 The European Parliament, Council and Commission will tomorrow organise a feedback event as a follow-up to the Conference on the Future of Europe.17 Ġunju 2022Remarks by Vice-President Maroš Šefčovič at the press conference on the Communication on the Conference on the Future of EuropeEuropean Commission Speech Brussels, 17 Jun 2022 The Conference on the Future of Europe has been a highly rewarding process. That is especially apparent for those of us from the Institutions who had the opport...17 Ġunju 2022Commission sets out first analysis of the proposals stemming from the Conference on the Future of EuropeEuropean Commission Press release Brussels, 17 Jun 2022 The European Commission has today adopted a Communication setting out how it can follow up on the outcome of the Conference on the Future of Europe.More news Dokumenti 17 ĠUNJU 2022Communication on the Conference on the Future of Europe 17 ĠUNJU 2022Annex to the Communication on the Conference on the Future of Europe 13 MEJJU 2022Factsheet - Conference on the Future of Europe - Report on the final outcomeLingwi oħrajn (2)Deutsch(HTML)Iddawnlowdjafrançais(HTML)Iddawnlowdja 9 MEJJU 2022Conference on the Future of Europe: Report on the final outcome 8 MARZU 2021DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR ILLingwi oħrajn (23)български(236.12 KB - PDF)Iddawnlowdjaespañol(213.06 KB - PDF)Iddawnlowdjačeština(239.38 KB - PDF)Iddawnlowdjadansk(168.25 KB - PDF)IddawnlowdjaDeutsch(195.24 KB - PDF)Iddawnlowdjaeesti(168.72 KB - PDF)Iddawnlowdjaελληνικά(196.5 KB - PDF)IddawnlowdjaEnglish(189.98 KB - PDF)Iddawnlowdjafrançais(192.36 KB - PDF)IddawnlowdjaGaeilge(187.7 KB - PDF)Iddawnlowdjahrvatski(240.6 KB - PDF)Iddawnlowdjaitaliano(187.05 KB - PDF)Iddawnlowdjalatviešu(229.23 KB - PDF)Iddawnlowdjalietuvių(235.93 KB - PDF)Iddawnlowdjamagyar(246.12 KB - PDF)IddawnlowdjaNederlands(171.2 KB - PDF)Iddawnlowdjapolski(249.82 KB - PDF)Iddawnlowdjaportuguês(169.56 KB - PDF)Iddawnlowdjaromână(232.41 KB - PDF)Iddawnlowdjaslovenčina(239.52 KB - PDF)Iddawnlowdjaslovenščina(244.11 KB - PDF)Iddawnlowdjasuomi(165.65 KB - PDF)Iddawnlowdjasvenska(166.6 KB - PDF)Iddawnlowdja 22 JANNAR 2020Communication: Shaping the Conference on the Future of EuropeLingwi oħrajn (2)Deutsch(474.35 KB - PDF)Iddawnlowdjafrançais(646.72 KB - PDF)Iddawnlowdja Skedi informattivi 10 ĠUNJU 2021Factsheet - Conference Roll-outLingwi oħrajn (23)български(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjaespañol(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjačeština(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjadansk(5.95 KB - HTML)IddawnlowdjaDeutsch(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjaeesti(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjaελληνικά(5.95 KB - HTML)IddawnlowdjaEnglish(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjafrançais(5.95 KB - HTML)IddawnlowdjaGaeilge(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjahrvatski(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjaitaliano(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjalatviešu(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjalietuvių(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjamagyar(5.95 KB - HTML)IddawnlowdjaNederlands(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjapolski(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjaportuguês(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjaromână(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjaslovenčina(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjaslovenščina(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjasuomi(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjasvenska(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdja 10 ĠUNJU 2021Factsheet - Digital PlatformLingwi oħrajn (23)български(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjaespañol(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjačeština(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjadansk(5.95 KB - HTML)IddawnlowdjaDeutsch(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjaeesti(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjaελληνικά(5.95 KB - HTML)IddawnlowdjaEnglish(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjafrançais(5.95 KB - HTML)IddawnlowdjaGaeilge(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjahrvatski(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjaitaliano(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjalatviešu(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjalietuvių(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjamagyar(5.95 KB - HTML)IddawnlowdjaNederlands(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjapolski(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjaportuguês(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjaromână(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjaslovenčina(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjaslovenščina(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjasuomi(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdjasvenska(5.95 KB - HTML)Iddawnlowdja Links relatati Opinjoni pubblika dwar il-Futur tal-EwropaPanels taċ-ċittadini Ewropej
Sena wara s-CoFE: fejn ninsabu bil-proposti taċ-ċittadini?Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa (CoFE) ikkonkludiet il-ħidma tagħha f’Mejju 2022 bil-preżentazzjoni ta’ 49 proposta lill-istituzzjonijiet Ewropej. Il-Kummissjoni Ewropea fasslet l-ewwel linji ta’ azzjoni dwar proposti li jaqgħu fil-kompetenzi tagħha sena ilu biss fil-komunikazzjoni tagħha “Naqilbu l-Viżjoni f’Azzjoni Konkreta”: Erbgħa minn ħames inizjattivi ġodda mħabbrin fil-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2023 huma parti mis-segwitu tal-Kummissjoni għall-Konferenza.Sal-lum, il-Kummissjoni aġixxiet fuq kważi 95% ta’ dawk il-miżuri tal-Konferenza li huma fil-kompetenza tal-Kummissjoni u f’konformità mat-Trattati.Wirt ewlieni ieħor tal-Konferenza hu l-inkorporazzjoni tad-demokrazija deliberattiva fit-tfassil tal-politika tal-UE. Diġà saru tliet Panels taċ-Ċittadini ta’ ġenerazzjoni ġdida, li għamlu rakkomandazzjonijiet qabel ċerti inizjattivi tal-KE dwar il-Ħela tal-Ikel, id-Dinja Virtwali u l-Mobbiltà tat-Tagħlim Barra mill-Pajjiż.Skopri aktar eżempji ta’ proposti u azzjonijiet, li diġà tressqu
21 Ġunju 2024Strengthening European democracy and upholding the rule of lawEuropean Commission Factsheet Brussels, 26 Nov 2024 Strengthening European democracy and upholding the rule of law European democracy and upholding the rule of law
16 Diċembru 2022Conference on the Future of Europe follow-up: Commission hosts first European Citizens' Panel on food waste reductionEuropean Commission Press release Brussels, 16 Dec 2022 Today, the Commission is hosting the first European citizens' panel in Brussels allowing citizens to provide their input on how to step up action to reduce food waste in the EU.
1 Diċembru 2022Conference on the Future of Europe: feedback event to take place in BrusselsEuropean Commission Press release Brussels, 01 Dec 2022 The European Parliament, Council and Commission will tomorrow organise a feedback event as a follow-up to the Conference on the Future of Europe.
17 Ġunju 2022Remarks by Vice-President Maroš Šefčovič at the press conference on the Communication on the Conference on the Future of EuropeEuropean Commission Speech Brussels, 17 Jun 2022 The Conference on the Future of Europe has been a highly rewarding process. That is especially apparent for those of us from the Institutions who had the opport...
17 Ġunju 2022Commission sets out first analysis of the proposals stemming from the Conference on the Future of EuropeEuropean Commission Press release Brussels, 17 Jun 2022 The European Commission has today adopted a Communication setting out how it can follow up on the outcome of the Conference on the Future of Europe.