Ħarsa ġenerali lejn l-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA) Id-DSA jirregola l-intermedjarji u l-pjattaformi online bħas-swieq, in-networks soċjali, il-pjattaformi għall-ixxerjar tal-kontenut, l-app stores, u l-pjattaformi online tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni. L-għan ewlieni tiegħu huwa li jipprevjeni attivitajiet illegali u dannużi online u t-tixrid tad-diżinformazzjoni. Hu jiżgura s-sikurezza tal-utenti, jipproteġi d-drittijiet fundamentali, u joħloq ambjent ta’ pjattaforma online ġust u miftuħ. X’inhuma l-għanijiet ewlenin tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali? Id-DSA jipproteġi lill-konsumaturi u d-drittijiet fundamentali tagħhom online billi jistabbilixxi regoli ċari u proporzjonati. Irawwem l-innovazzjoni, it-tkabbir u l-kompetittività, u jiffaċilita l-espansjoni ta’ pjattaformi iżgħar, SMEs u negozji ġodda. Ir-rwoli tal-utenti, tal-pjattaformi, u tal-awtoritajiet pubbliċi huma bbilanċjati mill-ġdid skont il-valuri Ewropej, biċ-ċittadini fiċ-ċentru tal-attenzjoni. Għaċ-ċittadiniprotezzjoni aħjar tad-drittijiet fundamentaliaktar kontroll u għażla, u rappurtar aktar faċli ta’ kontenut illegaliprotezzjoni aktar b’saħħitha tat-tfal online, bħall-projbizzjoni ta’ reklamar immirat għall-minorenniinqas esponiment għal kontenut illegaliaktar trasparenza fid-deċiżjonijiet dwar il-moderazzjoni tal-kontenut bil-Bażi tad-Data dwar it-Trasparenza tad-DSAGħall-fornituri tas-servizzi diġitaliċertezza legalisett uniku ta’ regoli fl-UE kollhaiktar faċli biex jibdew u jespandu fl-EwropaGħall-utenti kummerċjali tas-servizzi diġitaliaċċess għas-swieq fl-UE kollha permezz tal-pjattaformikundizzjonijiet ekwi kontra fornituri ta’ kontenut illegaliGħas-soċjetà inġeneralikontroll demokratiku u sorveljanza akbar fuq pjattaformi sistemiċimitigazzjoni ta’ riskji sistemiċi, bħall-manipulazzjoni jew id-diżinformazzjoni L-impatt tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali fuq il-pjattaformi diġitali Liema fornituri huma koperti? Id-DSA jinkludi regoli għal servizzi intermedjarji online, li miljuni ta’ Ewropej jużaw kuljum. L-obbligi tal-atturi online differenti jaqblu mar-rwol, id-daqs u l-impatt tagħhom fl-ekosistema online. Pjattaformi online u magni tat-tfittxija kbar ħafna jippreżentaw riskji partikolari fit-tixrid tal-kontenut illegali u ta’ ħsara għas-soċjetà. Huma previsti regoli speċifiċi għal pjattaformi li jilħqu aktar minn 10% tal-450 miljun konsumatur fl-Ewropa.Aċċessa l-lista ta’ pjattaformi magħżulinPjattaformi online jlaqqgħu flimkien bejjiegħa u konsumaturi bħal swieq online, app stores, pjattaformi ta’ ekonomija kollaborattiva u pjattaformi tal-media soċjali.Servizzi ta’ hosting bħal servizzi ta’ cloud u web hosting (inklużi wkoll pjattaformi online).Servizzi intermedjarji li joffru infrastruttura tan-network: Fornituri tal-aċċess għall-internet u reġistraturi tal-ismijiet tad-dominji (inklużi wkoll servizzi ta’ hosting). L-intermedjarji online kollha li joffru s-servizzi tagħhom fis-suq uniku, kemm jekk huma stabbiliti fl-UE kif ukoll barra mill-UE, għandhom jikkonformaw mar-regoli l-ġodda. Il-kumpaniji mikro u żgħar għandhom obbligi proporzjonati mal-kapaċità u d-daqs tagħhom filwaqt li jiżguraw li jibqgħu responsabbli. Barra minn hekk, anki jekk il-kumpaniji mikro u żgħar jikbru b’mod sinifikanti, huma se jibbenefikaw minn eżenzjoni mmirata minn sett ta’ obbligi matul perjodu tranżitorju ta’ 12-il xahar. L-Att dwar is-Swieq Diġitali jidħol fis-seħħ Mis-17 ta’ Frar 2024, ir-regoli tad-DSA japplikaw għall-pjattaformi kollha. Mill-aħħar ta’ Awwissu 2023, dawn ir-regoli diġà kienu japplikaw għal pjattaformi magħżulin b’aktar minn 45 miljun utent fl-UE (10% tal-popolazzjoni tal-UE), l-hekk imsejħa pjattaformi online kbar ħafna (VLOPs) jew Magni tat-tfittxija online kbar ħafna (VLOSEs). Il-Kummissjoni se tinforza d-DSA flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali, li se jissorveljaw il-konformità tal-pjattaformi stabbiliti fit-territorju tagħhom. Il-Kummissjoni hija primarjament responsabbli għall-monitoraġġ u l-infurzar tal-obbligi addizzjonali li japplikaw għall-VLOPs u l-VLOSEs, bħall-miżuri biex jittaffew ir-riskji sistemiċi. Il-qafas ta’ infurzar skont l-Att dwar is-Servizzi Diġitali Il-qafas ta’ kooperazzjoni skont l-Att dwar is-Servizzi Diġitali Xi jfissru r-regoli l-ġodda għall-utenti, in-negozji u l-pjattaformiUtentiSib aktar informazzjoni dwar ir-regoli l-ġodda għall-utentiNegozjiSib aktar informazzjoni dwar ir-regoli l-ġodda għan-negozjiPjattaformiSib aktar informazzjoni dwar ir-regoli l-ġodda għall-pjattaformi Dokumenti General publications27 Ottubru 2022Legal documents on The Digital Services Act Links relatati Ir-Regolament Delegat dwar l-awditi indipendenti skont l-Att dwar is-Servizzi Diġitali
Pjattaformi online u magni tat-tfittxija kbar ħafna jippreżentaw riskji partikolari fit-tixrid tal-kontenut illegali u ta’ ħsara għas-soċjetà. Huma previsti regoli speċifiċi għal pjattaformi li jilħqu aktar minn 10% tal-450 miljun konsumatur fl-Ewropa.Aċċessa l-lista ta’ pjattaformi magħżulinPjattaformi online jlaqqgħu flimkien bejjiegħa u konsumaturi bħal swieq online, app stores, pjattaformi ta’ ekonomija kollaborattiva u pjattaformi tal-media soċjali.Servizzi ta’ hosting bħal servizzi ta’ cloud u web hosting (inklużi wkoll pjattaformi online).Servizzi intermedjarji li joffru infrastruttura tan-network: Fornituri tal-aċċess għall-internet u reġistraturi tal-ismijiet tad-dominji (inklużi wkoll servizzi ta’ hosting).